F-ELECTRICITE.FR ≡ Confectionery Chairs, Beds, Tents, Umbrellas Shoulder Bags Books
  • Religious

  • Hajja Mqanqla Ta’ Mikiel Gonzi U Zminijietu (1885-1984)

Hajja Mqanqla Ta’ Mikiel Gonzi U Zminijietu (1885-1984)

$30.77 $56
Hajja Mqanqla Ta’ Mikiel Gonzi U Zminijietu (1885-1984) Louis Cilia medd idu għal biċċa xogħol iebsa meta ddeċieda li jikteb dwar il-ħajja twila u impenjattiva tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi, il-bniedem li ħalla l-marka qawwija fuq l-istorja tal-Knisja f’Malta kif ukoll fuq tal-pajjiż. L-Arċisqof Gonzi twieled fit-13 ta’ Mejju 1885 u miet fit-22 ta’ Jannar 1984, ħajja ta’ kważi mitt sena li ħafna minnha qattagħha f’involviment dirett jew indirett mal-poter. Kien Isqof għal aktar minn disgħa u ħamsin sena u rtira minn Arċisqof wara kważi tlieta u tletin sena. Għex ħajtu fl-isfond ta’ mużajk magħmul minn ġrajjiet storiċi li ħallew l-impronta tagħhom fuq l-iżvilupp kostituzzjonali, soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna: l-Ewwel Gwerra Dinjija, is-Sette Giugno, l-Assemblea Nazzjonali tal-1919, l-għotja tas-Self-Government u l-ftuħ tal-ewwel Parlament Malti fl-1921, l-ewwel ġlieda politika-reliġjuża, it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Assemblea Nazzjonali tal-1945, it-tiġdid tas-Self-Government, il-vot tan-nisa, l-emigrazzjoni tal-massa, l-attentat biex Malta tkun integrata mar-Renju Unit, il-privatizzazzjoni tat-Tarzna, il-kriżi kostituzzjonali tal-1958, it-tieni ġlieda politika-reliġjuża, il-qalba ekonomika mid-difiża għall-industrijalizzazzjoni u għat-turiżmu, l-Indipendenza, ir-rundown tas-Servizzi Ingliżi, it-Trattat tal-1972 mar-Renju Unit, ir-Repubblika u d-dħul taż-żwieġ ċivili f’pajjiżna. Louis Cilia tana ritratt ħaj tal-Arċisqof Gonzi fil-ktieb mexxej u riċerkat tiegħu. Irnexxielu jkun ġust ma’ Gonzi u mal-istorja. L-interess tal-qarrej ta’ dan il-ktieb żgur qatt ma jbatti għax Cilia kapaċi jħaddem il-pinna tiegħu b’sengħa kbira biex jibni l-ambjent storiku u jqiegħed lil Gonzi fi żminijietu. Kull min għandu l-iċken interess fl-istorja tal-Knisja f’Malta u tal-istorja ta’ pajjiżna għandu jaqrah għax fih isib ħafna fuq xiex jixtarr. Minn: Louis Cilia Format: Hardback Pagni: 608
Religious

Religious

  • Filial Churches In Malta
    $19.36 $30.4
  • Il-Papiet (L-Istorja Tal-Papiet Tul Is-Seklu)
    $13.14 $23.65
  • Dawn Inkitbu Biex Intom Temmnu, Studji Fuq I- Evanġelju Ta’ San Ġwann U L – Ittri U L-Apokalissi
    $19.9 $34.23
  • Il – Patt Il – Ġdid
    $30.94 $47.96
  • Il – Bibbja
    $24.31 $41.57
  • Il Ferħ Tal – Vanġelu
    $26.55 $36.64
  • Il-Jiem Tiegħi Ma’ Benedittu XVI
    $30.59 $48.03
  • Ilwien Il – Festi Maltin Vol 7 /Colours Of Maltese Festas Vol 7
    $15.76 $19.38
  • Bibbja F’Erba Volumi (B’Ittri Kbar)
    $19.26 $36.59
  • Hajja Mqanqla Ta’ Mikiel Gonzi U Zminijietu (1885-1984)
    $30.77 $56

© 2026 - F-ELECTRICITE.FR