F-ELECTRICITE.FR ≡ Confectionery Chairs, Beds, Tents, Umbrellas Shoulder Bags Books
  • Learn Maltese

  • Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzant U Intermedju: Taghrif U Tahrig (1)

Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzant U Intermedju: Taghrif U Tahrig (1)

$13.7 $23.02
Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzant U Intermedju: Taghrif U Tahrig (1) Dan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk: Taqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel ta’ Oliver Friggieri; Taqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea; Taqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja. Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21. Fit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija. Minn: Patrick J Sammut U Tarcisio Zarb Format: paperback Pagni: 233
Learn Maltese

Learn Maltese

  • Maltese For Foreigners
    $30.71 $61.11
  • Gwida Ghall-Ortografija (Ghajnuniet)
    $11.9 $15.83
  • Bil-Kelma T-Tajba: Principji u Kreattivita’ Fil-Pedagogija Tal-Lingwa
    $19.8 $25.94
  • Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzant U Intermedju: Taghrif U Tahrig (1)
    $13.7 $23.02
  • L – Esperjenza Tat – Taghlim (Thejjija – Twettiq – Tgharbi)
    $33.87 $42
  • Aspetti Tat-Traduzzjoni Maltija
    $31.85 $56.69
  • Inhaddem Il-Malti Tajjeb (Manwal Prattiku Tal-Grammatika)
    $13.29 $18.47
  • Lingwa Fuq Lingwa
    $19.27 $30.45
  • Bil Qatra L – Qatra – Learning Maltese As A Foreign Language Book 1
    $11.6 $22.5
  • Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzat U Intermedju: Taghrif U Tahrig (2)
    $19.91 $25.29

© 2026 - F-ELECTRICITE.FR