F-ELECTRICITE.FR ≡ Confectionery Chairs, Beds, Tents, Umbrellas Shoulder Bags Books
  • Learn Maltese

  • Lingwa Fuq Lingwa

Lingwa Fuq Lingwa

$19.27 $30.45
Lingwa Fuq Lingwa L-ewwel ktieb “F’din il-pubblikazzjoni (mgħobbija b’esejs, tagħrif, u taħriġ fuq l-istudju tal-lingwa umana) hawn xogħol li juri esperjenza vasta fit-tagħlim (teaching) tal-Malti. Ix-xogħol ta’ Lingwa fuq Lingwa ta’ Tarċisju Zarb qed jingħata lill-istudenti l-kbar u lill-qarrejja edukati li huma tal-fehma li hemm siwi kbir fl-għarfien tal-lingwa umana. B’dan il-ktieb il-qarrejja jidħlu għal xogħol lingwistiku li jiftħilhom aktar għajnejhom għal dak li mhux tas-soltu fil-lingwa, għall-ġmiel tagħha, u għal dak li tista’ timplika. Minnufih il-qarrejja jifhmu li hemm struttura fil-lingwa li hija l-grammatika tagħha u hemm il-komponenti ħielsa li huma l-vokabularju tagħha.” Analiżi Kritika minn Charles Briffa   Kontenut tal-ewwel ktieb: Il‑Komunikazzjoni, il‑Lingwa u l‑Identità Nazzjonali Il‑Lingwa u l‑Moħħ Il‑Ħames Funzjonijiet tal‑Lingwa Il‑Lingwa bħala Medju Uman Il‑Varjetajiet tal‑Lingwa Il‑Bilingwiżmu Is‑Self Lingwistiku It‑Tiswir u l‑Formazzjoni tal‑Kliem Il‑Mixja Storika tat‑Tiswir tal‑Lingwa Maltija Artikli fuq il‑Lingwa Maltija L‑Elementi Ewlenin tal‑Ilsien Malti   It-tieni ktieb It-tieni ktieb ta’ Lingwa fuq Lingwa ta’ Tarċisju Zarb jagħti firxa ta’ studju lingwistiku riċerkat, ngħidu aħna dwar l-omonimija, is-semantika, l-istilistika u s-sinonimija, fost l-oħrajn. B’dan il-mod, kemm l-istudenti l-kbar kif ukoll il-qarrejja edukati jista’ jkollhom sors affidabbli u ta’ siwi kbir b’għarfien dwar il-lingwa. Kull studju riċerkat f’dan il-ktieb hu illustrat b’diversi eżempji biex ipoġġi t-teorija fil-prattika. L-għarfien lingwistiku, f’dan il-ktieb, ma jibqax biss iffukat fuq il-lingwa Maltija, imma l-eżempji mill-ilsien Malti jiġu pparagunati ma’ eżempji minn ilsna oħrajn, bis-saħħa ta’ studji komparattivi.   Kontentut tat-tieni ktieb: Il-Morfoloġija u s-Sintassi Il-Morfema Żero L-Isqalli u l-Malti Affissazzjoni Latina u Griega fil-Malti Is-Sintassi Tipi ta’ Struttura ta’ Sentenza Tempijiet Komposti u Verbi Awżiljarji Il-Punteġġjatura u s-Sentenza Bank il-Għerf (Tagħrif Grammatikali) Il-Kliem Kompost Eżempji ta’ Sinonimi Il-Kuntrarji (l-Antonimi) L-Allomorfija fil-Malti Il-Morfoloġija Rumanza L-Integrazzjoni L-Integrazzjoni tal-Għarbi, l-Isqalli, it-Taljan, l-Ingliż. Il-Malti Lsien Imħallat Kliem Missellef u Kalki Is-Semantika fil-Lingwa Maltija L-Istilistika Il-Kliem Jinbidel L-Omonimi Tibdil Lessikali Il-Metafora Kunċettwali u l-Metonimija   It-tielet ktieb Lingwa fuq Lingwa 3 huwa tkomplija taż-żewġ kotba ta’ qablu, bi studji intensivi, komparattivi u riċerkati dwar ix-xjenza tal-lingwa, b’mod partikolari dwar il-Malti f’relazzjoni ma’ ilsna oħrajn. Abbażi ta’ dawn l-istudji, wieħed jista’ jsib għadd ta’ mistoqsijiet li jistgħu jintużaw għall-istudju lingwistiku mill-istudenti tal-Malti. F’dan il-ktieb insibu wkoll diversi eżempji ta’ qwiel u idjomi bil Malti li jiġu tradotti għal diversi ilsna fosthom għat-Taljan, l-Ingliż u l-Għarbi. Apparti minn hekk, il-qarrejja u r-riċerkaturi jistgħu jirreferu wkoll għall-grammatika Maltija, fi ħdan dan il-ktieb, fejn jiġu spjegati l-kategoriji grammatikali b’mod dettaljat u jingħataw għadd ta’ eżempji.   Kontentut tat-tielet ktieb: L-Iperonimi u l-Iponimi Il-Polisemija Il-Metafora Il-Metonimija Il-Metonimija u s-Sineddokija Is-Semantika Is-Semantika – l-istudju tal-mod kif il-kelma tbiddel lewnha, suritha u xbihetha Lingwa u Letteratura Lingwa f’Kuntatt Maltilingua / Malteselingua / مالطي Lingua Il-Grammatika tal-Malti għall-Istudenti Il-Lingwistika Maltija: Nota Ġenerali The Scribe’s Approach Lingwistika: Mistoqsijiet Livell A Mistoqsijiet fuq il-Lingwistika fil-Livell Intermedju Minn: Tarcisju Zarb Format: paperback- tlett kotba
Learn Maltese

Learn Maltese

  • Inhaddem Il-Malti Tajjeb (Manwal Prattiku Tal-Grammatika)
    $13.29 $18.47
  • Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzant U Intermedju: Taghrif U Tahrig (1)
    $13.7 $23.02
  • Bil-Kelma T-Tajba: Principji u Kreattivita’ Fil-Pedagogija Tal-Lingwa
    $19.8 $25.94
  • Lingwa Fuq Lingwa
    $19.27 $30.45
  • L – Esperjenza Tat – Taghlim (Thejjija – Twettiq – Tgharbi)
    $33.87 $42
  • Aspetti Tat-Traduzzjoni Maltija
    $31.85 $56.69
  • Gwida Ghall-Ortografija (Ghajnuniet)
    $11.9 $15.83
  • Ktieb Tal – Malti Fil Livell Avvanzat U Intermedju: Taghrif U Tahrig (2)
    $19.91 $25.29
  • Bil Qatra L – Qatra – Learning Maltese As A Foreign Language Book 1
    $11.6 $22.5
  • Maltese For Foreigners
    $30.71 $61.11

© 2026 - F-ELECTRICITE.FR