F-ELECTRICITE.FR ≡ Confectionery Chairs, Beds, Tents, Umbrellas Shoulder Bags Books
  • Translations

  • L – Analetti Ta Konfuċju

L – Analetti Ta Konfuċju

$16.33 $31.35
L – Analetti Ta Konfuċju Konfuċju (551-479 QK) huwa l-akbar ħassieb Ċiniż u wieħed mill-akbar ħassieba ta’ kull żmien. Il-filosofija tiegħu influwenzat il-ħajja ta’ ħafna nies matul is-sekli bl-istess mod kif għamlu Buddha u Ġesù.  Konfuċju twieled fi żmien meta t-territorju taċ-Ċina tal-lum kien għadu maqsum f’diversi stati li kienu ta’ spiss jiġġieldu kontra xulxin. Huwa jidher l-ewwel bħala politikant li ppropona soluzzjonijiet oriġinali biex jitreġġgħu lura l-ordni u l-armonija fis-soċjetà ta’ żmienu. It-tagħlim ta’ Konfuċju dwar il-moralità u l-virtù perfetta sar il-bażi li fuqha nħolqot it-tradizzjoni Ċiniża u ta’ bosta pajjiżi oħra fil-Lvant Imbiegħed. Bħal dak ta’ ħafna ħassieba oħra tal-qedem, it-tagħlim ta’ Konfuċju nġabar u nkiteb mid-dixxipli tiegħu wara li miet f’forma ta’ djalogi jew aforiżmi. L-Imgħallem jiggwida lill-bniedem fi triq lejn it-titjib u l-irfinar personali u lejn il-virtujiet u l-valuri meħtieġa biex dan ikun jista’ jgħix f’komunità armonjuża. It-tagħlim ta’ Konfuċju jista’ jittieħed bħala kliem ta’ għerf għal kulħadd, inklużi l-mexxejja tal-pajjiżi f’kull żmien. L-Analetti huma maqsuma f’għoxrin ktieb u fihom it-tagħlim fundamentali tal-ħsieb Konfuċjan, fosthom il-benevolenza, il-pjetà filjali, l-importanza dwar it-twettiq tar-ritwali, is-sewwa, ir-rettitudni, il-lealtà u l-kuraġġ. Minn: Sergio Portelli Traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti u noti, Salvatore Giuffrè Format: paperback
Translations

Translations

  • Mewt Go Venezja
    $27.1 $43.09
  • L – Analetti Ta Konfuċju
    $16.33 $31.35
  • Dar Tal – Qattus Bir – Rakketta Blue
    $27.7 $48.48
  • Il – Kappillan Tat – Tours
    $12.41 $15.26
  • Il-Mahbub Ta’ Lady Chatterly – maqlub ghal Malti minn Alfred Palma.
    $23.29 $34.24

© 2026 - F-ELECTRICITE.FR